Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs AFE
(Kawża F-120/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (AFE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti fi ħdan l-Aġenzija;
jikkundanna lill-AFE għall-ispejjeż.