Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2007 - Bernard vs Europol

(Kawża F-99/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Marjorie Bernard (Woerden, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilment tas-26 ta' Ġunju 2007, adottata fit-28 ta' Ġunju 2007, kif ukoll l-evalwazzjonijiet tal-5 ta' Frar 2007 u tal-25 ta' Lulju 2007;

tikkundanna lil Europol :

jagħti lir-rikorrenti żieda perijodika fil-paga b'effett mill-1 ta' Settembru 2006, flimkien ma' l-interessi ;

jħallas id-danni għall-ammont ta' EUR 7500 netti;

tikkundanna lil Europol jbati l-ispejjeż tal-kawża preżenti, inklużi l-ispejjeż tal-Kunsill.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-proċedura preżenti tikkonċerna l-evalwazzzjoni tax-xogħol tar-rikorrenti matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Settembru 2005 u l-31 ta' Awwissu 2006. Ix-xogħol tar-rikorrenti ġie evalwat permezz ta' "2", li jikkorrispondi għall-kwalifikazzjoni "ma tissodisfax kompletament l-eżiġenzi rikjesti".

Ir-rikorrenti ressqet ilment kontra l-evalwazzjoni kif ukoll kontra n-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-għoti ta' żieda perijodika fis-salarju u, f'dan il-kuntest, hija invokat il-linji gwida ta' evalwazzjoni fis-seħħ fi ħdan il-Europol. Il-parti rikorrenti tenfasizza li din l-evalwazzjoni hija manifestament żbaljata.

B'mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-ilmenti tagħha ġew iddikjarati infondati permezz tad-deċiżjoni tas-26 ta' Ġunju 2007 u tinvoka l-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, peress li din iċ-ċaħda ma ġietx motivata. Madanakollu, id-Direttur tal-Europol jirrileva li l-evalwazzjoni ġiet irtirata u li kellha ssir evalwazzjoni ġdida. Din l-evalwazzjoni l-ġdida saret fil-25 ta' Lulju 2007.

Għaldaqstant, ir-rikors preżenti jirrigwarda kemm id-deċiżjoni meħuda fuq l-ilment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-25 ta' Lulju 2007.

____________