Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 – AM vs Il-Parlament

(Kawża F-100/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Rifjut ta’ rikonoxximent tal-oriġini aċċidentali ta’ attakk ta’ puplesija – Kummissjoni medika – Prinċipju ta’ kolleġjalità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AM (Málaga, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-iSKAM, l-attakk ta’ puplesija li r-rikorrent kellu fil-5 ta’ Marzu 2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AM huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1     ĠU C 55, 19.02.2011, p.37.