Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta' Lulju 2008 - Plasa vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-52/08 R)
(Servizz Pubbliku - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni ta' assenjazzjoni mill-ġdid - Urġenza - Assenza)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Wolfgang Plasa (Alġeri, l-Algerija) (rappreżentant: G. Vandersanden, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat-8 ta' Mejju 2008 li biha l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej assenjatu mill-ġdid fi Brussell (il-Belġju), mill-1 ta' Awwissu 2008.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________