Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-30 ta’ Novembru 2018 – Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI) vs Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB

(Kawża C-753/18)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI)

Konvenuti: Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB

Domandi preliminari

Il-kiri ta’ vetturi mgħammra b’mod standard b’riċetturi tar-radju għandu l-effett li l-persuna li tikri dawn il-vetturi lil persuni oħra hija utent li jwettaq “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 1 , u tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 2 ?

Il-volum tal-attività ta’ kiri ta’ vetturi kif ukoll it-tul tal-kiri jista’ jkollhom xi effett?

____________

1 Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

2 Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU 2006, L 376, p. 28).