Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Admiral Gaming Network Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidente del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-475/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Gaming Network Srl

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidente del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE ?

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ?

____________