Language of document :

Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 minn Pink Lady America LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla.) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-122/18, Pink Lady America vs CPVO

(Kawża C-886/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pink Lady America LLC (rappreżentanti: R. Manno, S. Sernia, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, Western Australian Agriculture Authority (WAAA)

Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ Marzu 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Pink Lady America LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________