Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Fédération bancaire française (FBF) vs Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

(Kawża C-911/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération bancaire française (FBF)

Konvenuta: Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

Domandi preliminari

Il-linji gwida maħruġa minn awtorità superviżorja Ewropea jistgħu jkunu s-suġġett tar-rikors għal annullament previst mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE? F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, federazzjoni professjonali tista’ tikkontesta, permezz ta’ rikors għal annullament, il-validità ta’ linji gwida diretti lejn il-membri li tagħhom din tiddefendi l-interessi u li ma jikkonċernawha la direttament u lanqas individwalment?

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għal waħda miż-żewġ domandi magħmula fil-punt 1, il-linji gwida maħruġa minn awtorità superviżorja Ewropea jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari previst mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 267 TFUE? F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, federazzjoni professjonali tista’ tikkontesta, permezz ta’ eċċezzjoni, il-validità ta’ linji gwida diretti lejn il-membri li tagħhom din tiddefendi l-interessi u li ma jikkonċernawha la direttament u lanqas individwalment?

F’każ li l-Fédération bancaire française tkun ammissibbli sabiex tikkontesta, permezz ta’ eċċezzjoni, il-linji gwida adottati mill-Awtorità Bankarja Ewropea fit-22 ta’ Marzu 2016, din l-Awtorità tkun, bil-ħruġ ta’ dawn il-linji gwida, eċċediet il-kompetenzi mogħtija lilha bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) 1 ?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU 2010, L 331, p. 12).