Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Biogaran vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE – Ftehimiet intiżi sabiex jiġi ttardjat, jew anki ostakolat, id-dħul fis-suq id-dħul fis-suq ta’ verżjonijiet ġeneriċi tal-perindopril – Parteċipazzjoni ta’ sussidjarja fil-ksur imwettaq mill-kumpannija omm – Imputazzjoni tal-ksur– Responsabbiltà in solidum – Ammont massimu tal-multa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Biogaran (Colombes, Franza) (rappreżentanti: T. Reymond, O. de Juvigny u J. Jourdan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement minn F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti)

Suġġett

Talba skontl-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE [Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Biogaran hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 395, 10.11.2014.