Language of document :

Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 1/13)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti)

Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ pajjiż terz mal-Konvenzjoni ta’ Den Haag, tal-25 ta’ Ottubru 1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Unjoni?