Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2018 – IN vs Belgische Staat

(Kawża C-469/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IN

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawżi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, huwa prekluż fi kwalunkwe ċirkustanza l-użu ta’ prova miksuba bi ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata sanċit fl-Artikolu 7 tal-Karta, jew hija permessa leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qorti li ser tiddeċiedi jekk din il-prova tistax tintuża bħala bażi għal stima tal-VAT għandha twettaq evalwazzjoni bħal dik deskritta fil-punt 4 ta’ din is-sentenza?

____________