Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Jannar 2019 – SONAECOM, SGPS, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SONAECOM, SGPS, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

It-tnaqqis tat-taxxa mħallsa mir-rikorrenti Sonaecom SGPS f’servizzi ta’ konsulenza assoċjati mal-istudju tas-suq bil-għan tal-akkwist ta’ ishma, liema akkwist ma seħħx, huwa konformi mar-regoli ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fis-Sitt Direttiva tal-VAT 1 , b’mod speċifiku l-Artikoli 4(1) u (2) u 17(1), (2) u (5)?

It-tnaqqis tat-taxxa mħallsa mir-rikorrenti Sonaecom SGPS fil-ħlas lil BCP ta’ kummissjoni għall-organizzazzjoni u strutturazzjoni ta’ self obbligatorju allegatament miksub bil-għan li tiġi integrata l-istruttura ta’ finanzjament tal-kumpanniji parteċipanti tagħha, u li, ġaladarba dawn l-investimenti ma seħħewx, spiċċat ġiet applikata għal kollox minn Sonae, SGPS, l-impriża omm tal-grupp, huwa konformi mar-regoli ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fis-Sitt Direttiva tal-VAT, b’mod speċifiku l-Artikoli 4(1) u (2) u 17(1), (2) u (5)?

____________

1     Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).