Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta' Settembru 2010 - van Heuckelom vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża F-43/09) 1

"Servizz pubbliku - Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Artikolu 29 - Avvanz fl-iskala mogħti abbażi ta' rapporti ta' evalwazzjoni - Eċċezzjoni ta' illegalità tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-politika ta' determinazzjoni tal-gradi u tal-iskali - Kompetenzi rispettivi tad-Direttur u tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol - Setgħa diskrezzjonali tad-Direttur tal-Europol - Limiti"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo van Heuckelom ('s-Gravenhage, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti inizjalment minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati, sussegwentement minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta' Lulju 2008, li tagħti lir-rikorrent skala waħda biss ta' klassifikazzjoni fi grad, kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta' Jannar 2009, li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' C. van Heuckelom huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009, p. 63.