Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ottubru 2018 – AR vs Cooper International Spirits LLC, Établissements Gabriel Boudier SA, St Dalfour SAS

(Kawża C-622/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AR

Konvenuti: Cooper International Spirits LLC, Établissements Gabriel Boudier SA, St Dalfour SAS

Domanda preliminari

L-Artikoli 5(1)(b), 10 u 12 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju, li qatt ma utilizza t-trade mark tiegħu u d-drittijiet fuqha tiegħu kienu ġew irrevokati fl-iskadenza tal-perijodu ta’ ħames snin wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha, jista’ jikseb kumpens għal dannu għal kontrafazzjoni, billi jinvoka preġudizzju miġjub lill-funzjoni essenzjali tat-trade mark tiegħu, ikkawżat minħabba l-użu minn terzi, qabel id-data ta’ effett tar-revoka, ta’ sinjal li jixbah din it-trade mark sabiex jindika prodotti jew servizzi identiċi jew li jixbhu dawk li għalihom din it-trade mark ġiet irreġistrata?

____________

1 ĠU L 299, p. 25.