Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session, Edinburgh (ir-Renju Unit) fit-3 ta’ Ottubru 2018 – Andy Wightman et vs Secretary of State for Exiting the European Union

(Kawża C-621/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session, Edinburgh

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andy Wightman, Ross Greer, Alyn Smith, David Martin, Catherine Stihler, Jolyon Maugham, Joanna Cherry

Konvenut: Secretary of State for Exiting the European Union

Partijiet oħra fil-proċedura: Chris Leslie, Tom Brake

Domanda preliminari

Meta, konformement mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Stat Membru jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-Unjoni jippermetti li din in-notifika tiġi rrevokata unilateralment mill-Istat Membru li jinnotifika; u, jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet u b’liema effett fir-rigward tal-Istat Membru li jibqa’ fl-Unjoni Ewropea?

____________