Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 – Soukup vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-1/11) 1

(Servizz Pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Evalwazzjoni tal-eżami orali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zdenek Soukup (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment É. Boigelot u S. Woog, avukati, sussegwentement É Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)

Suġġett

Servizz pubbliku - It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/144/09 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva u d-deċiżjoni li tinkludi kandidat ieħor f’din il-lista, kif ukoll il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Z. Soukup għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.