Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/13)

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Firma miktuba bl-idejn tal-avukat differenti minn dik fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa u L. Mansullo, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni EwropeaSuġġettTalba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li titlob il-ħlas ta’ kumpens għall-ġranet ta’ leave mhux meħuda filwaqt li kien fuq leave tal-mard mill-4/01/2002 sal-31/05/2005.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.