Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2019 – Land Baden-Württemberg vs D.R.

(Kawża C-619/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Baden-Württemberg

Konvenut: D.R.

Domandi preliminari

Il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “komunikazzjonijiet interni” jinkludi l-komunikazzjonijiet kollha li ma joħorġux mid-dominju intern ta’ awtorità li hija suġġetta għall-obbligu li tagħmel informazzjoni disponibbli?

Il-protezzjoni tal-“komunikazzjonijiet interni” fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4 għandha tapplika mingħajr ebda limitazzjoni ratione temporis?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: il-protezzjoni tal-“komunikazzjonijiet interni” fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4 għandha tapplika biss sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-awtorità li hija suġġetta għall-obbligu li tagħmel informazzjoni disponibbli jew sal-konklużjoni ta’ proċess amministrattiv ieħor?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.