Language of document :





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal24 ta’ Jannar 2017 – Solenis Technologies vs EUIPO (STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS.)

(Kawża T96/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS. – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 1417)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 18)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 19)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS.

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 21, 2830)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat‑3 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 613/2015‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Solenis Technologies LP hija kkundannata għall-ispejjeż.