Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Murariu vs EIOPA

(Kawża F-116/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-EIOPA – Membru tal-persunal temporanju – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Rekwiżit ta’ esperjenza professjonali minima ta’ tmien snin – Kandidat intern li diġà ġie kkonfermat fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju fi tmiem stage – Assenjazzjoni provviżorja għall-impjieg il-ġdid li tfisser klassifikazzjoni fi grad ogħla – Żball materjali li jinsab fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Irtirar tal-offerta ta’ impjieg – Applikabbiltà tad-DĠI – Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal – Aspettattivi leġittimi)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Simona Murariu (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Coucke, aġent, F. Tuytschaever, avukat)

Suġġett

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet (EIOPA) li tirtira deċiżjoni preċedenti li taħtar lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014 tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija annullata sa fejn:

–    meta tinjora, f’relazzjoni kuntrattwali, id-drittijiet kweżiti u t-termini kuntrattwali, hija tiċħad retroattivament il-kandidatura ta’ S. Murariu għall-imppieg ta’ espert anzjan fil-pensjonijiet tax-xogħol (“senior expert on personal pensions”) u tirtira impliċitament l-offerta ta’ impjieg, taħt skema ta’ assenjazzjoni provviżorja, diġà aċċettata minn S. Murariu, li kienet saritilha fis-17 ta’ Lulju 2013;hija ċċaħħad lil S. Murariu mill-benefiċċju ta’ salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 8 matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2013 sal-24 ta’ Frar 2014.Il-bqija tat-talbiet għal annullament huma miċħuda. L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija kkundannata li tikkumpensa d-dannu materjali lil S. Murariu, li sofriet bejn is-16 ta’ Settembru 2013 u l-24 ta’ Frar 2014, sal-ammont li jikkorrispondi għad-differenza fir-remunerazzjoni bejn il-gradi AD 6 u AD 8, miżjud bl-interessi moratorji, mis-16 ta’ Settembru 2013, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament matul il-perijodu kkonċernat u miżjuda b’żewġ punti.Il-kumplament tat-talbiet għall-kumpens huma miċħuda.L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn S. Murariu.

____________

1 ĠU C 26, 26.01.2015, p. 47.