Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2013 – BB vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-17/11) 1
(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BB (rappreżentant: A. Blot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż sostnuti minn BB.BB għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.