Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Frar 2019 – Pfizer Consumer Healthcare Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-182/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfizer Consumer Healthcare Ltd
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domanda preliminari
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 1 tat-8 ta’ Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa invalidu sa fejn huwa jikklassifika taħt il-Kodiċi NM 3824, u b’mod iktar speċifiku, taħt il-Kodiċi 3824 90 96, prodotti li:
huma komposti minn materjal li qisu faxxa, li jinkludi “ċelloli tas-sħana” b’kimiċi;
jaħdmu b’mod simili għal ġbara, għalkemm jipprovdu iktar benefiċċji;
permezz ta’ reazzjoni kimika esotermika jtaffu l-uġiegħ, inaqqsu l-għebusija u jippromwovu l-fejqan tat-tessut (kif ivverifikat f’diversi provi kliniċi);
jitpoġġew f’forom jew f’ippakkjar għal bejgħ bl-imnut, u
huma espliċitament ippreżentati u kkummerċjalizzati bħala li għandhom skopijiet mediċi u li jipproduċu l-effetti identifikati fil-punt (iii) iktar ’il fuq,
għar-raġuni li l-materjal jew il-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom huma prodotti kimiċi, minflok jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3005 (abbażi tal-formulazzjoni tas-subintestaturi, tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitoli u tan-noti ta’ spjega tar-Regola Ġenerali ta’ Interpretazzjoni I applikabbli, għaliex il-loġika tar-Regola Ġenerali ta’ Interpretazzjoni 3(a) teżiġi klassifikazzjoni konformement mad-deskrizzjoni l-iktar speċifika, jew fuq kwalunkwe bażi oħra)?
____________
1 ĠU 2016, L 189, p. 1.