Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-17 ta’ Ġunju 2019 – Friends of the Irish Environment Limited vs Commissioner for Environmental Information
(Kawża C-470/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (L-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Friends of the Irish Environment Limited
Konvenut: Commissioner for Environmental Information
L-ewwel parti intervenjenti: The Courts Service of Ireland
Domanda preliminari
Il-kontroll tal-aċċess għall-fajls ġudizzjarji relatati ma’ proċeduri li fihom ingħatat deċiżjoni definittiva, it-terminu għall-preżentata ta’ appell skada u l-ebda appell jew applikazzjoni oħra ma hija pendenti, iżda fejn applikazzjonijiet oħra f’ċirkustanzi speċifiċi għadhom possibbli, jikkostitwixxi eżerċizzju ta’ “kapaċità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.