Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fit-28 ta’ Diċembru 2018 – Rolibérica, Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho

(Kawża C-834/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rolibérica, Lda

Konvenuta: Autoridade para as Condições do Trabalho

Domanda preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jimponi li l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa għax-xufiera involuti fit-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri għandu jibda u jintemm bejn 00.00 ta’ nhar ta’ Tnejn u 24.00 ta’ nhar ta’ Ħadd jew, għall-kuntrarju, jista’ jitgawda kollu kemm hu u mingħajr interruzzjoni bejn kull ġimgħa ta’ xogħol?

____________

1     Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, u r-rettifika ĠU 2016, L 195, p. 83).