Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2010 - Bömcke vs BEI

(Kawża F-105/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-direttur tar-riżorsi umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat ta' rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tar-riżorsi umani tal-BEI nnotifikata lir-rikorrent permezz ta' ittra tat-12 ta' Ottubru 2010 li huwa rċieva fil-15 ta' Ottubru 2010,

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta' kumpens għad-danni morali kkawżati mid-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq lir-rikorrent u għal dan il-għan takkordalu l-ammont ta' EUR 25 000,

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.

____________