Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2008 - Stols vs Il-Kunsill

(Kawża F-51/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wilhelmus Louis Maria Stols (Halsteren, l-Olanda) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007, kif din id-deċiżjoni tirriżulta mill-Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 136/07 tas-16 ta' Lulju 2007;

tannulla, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent;

tikkundanna l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________