Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo
(Kawża C-340/19)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuta: SIA Hydro Energo
Domanda preliminari
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 1 , fil-verżjoni tagħha kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2011 2 , għandha tiġi interpetata fis-sens li l-intestatura 7407 (vireg u profili tar-ram) tinkludi ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li l-ħxuna tagħhom hija ikbar minn wieħed minn għaxra tal-wisa’ u li ġew illaminati bis-sħana, iżda li fit-taqsima trasversali tagħhom fiha pori, ħofor u xquq irregolari?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
2 ĠU 2011, L 282, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2012, L 226, p. 8 u ĠU 2011, L 290, p. 6.