Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2020 - JY

(Kawża C-118/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni”: JY

Awtorità konvenuta: Wiener Landesregierung

Domandi preliminari

Is-sitwazzjoni ta’ persuna fiżika li, bħar-rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni” fil-kawża prinċipali, irrinunzjat għan-nazzjonalità tagħha ta’ Stat Membru wieħed tal-Unjoni, u bl-istess mod għaċ-ċittadinanza tagħha tal-Unjoni, sabiex tikseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor konformement mal-assigurazzjoni li din in-nazzjonalità, li hija talbet, ser tingħatalha, u li l-possibbiltà tagħha li tikseb mill-ġdid iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija sussegwentement eskluża permezz tar-revoka ta’ din l-assigurazzjoni, taqa’, fid-dawl tan-natura u tal-konsegwenzi tagħha, taħt id-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li dan tal-aħħar għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għal dak li jirrigwarda ir-revoka tal-imsemmija assigurazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali, għandhom jivverifikaw, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar ir-revoka tal-assigurazzjoni li tirrigwarda l-għoti tan-nazzjonalità tal-Istat Membru, jekk ir-revoka tal-assigurazzjoni li teskludi l-kisba mill-ġdid taċ-ċittadinanza tal-Unjoni hijiex, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl tal-konsegwenzi tagħha għas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata?

____________