Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-5 ta’ Ġunju 2019 – Poste Italiane SpA vs Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincie siciliane

(Kawża C-434/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti prinċipali u konvenuta inċidentali: Poste Italiane SpA

Konvenuta prinċipali u rikorrenti inċidentali: Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincie siciliane

Domandi preliminari

L-Artikoli 14 TFUE (ex Artikolu 7D tat-Trattat [KEE], li sussegwentement sar l-Artikolu 16 TKE) u 106(2) TFUE (ex Artikolu 90 tat-Trattat [KEE], li sussegwentement sar l-Artikolu 86(2) TKE), kif ukoll il-kunċett ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992 u tal-Artikolu 2(18) sa (20) tal-Liġi Nru 662/1996, li tistabbilixxi u żżomm fis-seħħ, inkluż wara l-privatizzazzjoni tas-servizzi bankarji postali (“bancopostaˮ) offruti minn Poste Italiane SpA, restrizzjoni ta’ attività (sistema ta’ monopolju legali) favur Poste Italiane SpA li għandha bħala għan il-ġestjoni tas-servizz relatat mal-kont kurrenti postali ddedikat għall-ġbir ta’ taxxa lokali msejħa ICI (taxxa komunali fuq l-immobbli), b’teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ġbir tat-taxxi li, sa minn tal-inqas l-1997, tippermetti lill-persuni taxxabbli u lill-awtoritajiet lokali li jimponu t-taxxi sabiex jagħmlu użu mill-modalitajiet ta’ ħlas u ta’ ġbir permezz tas-sistema bankarja?

Li kieku, b’risposta għall-ewwel domanda, kellu jiġi kkonstatat li l-monopolju legali stabbilit f’din il-kawża jissodisfa l-karatteristiċi tas-servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, l-Artikoli 106(2) TFUE (ex Artikolu 90 tat-Trattat [KEE], li sussegwentement sar l-Artikolu 86(2) TKE) u 107(1) TFUE (ex Artikolu 92 tat-Trattat [KEE], li sussegwentement sar l-Artikolu 87 TKE), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna l-kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn miżura legali, meħuda bħala kumpens għat-teħid ta’ responsabbiltà tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u għajnuna mill-Istat illegali (sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415), jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, tal-Artikolu 2(18) sa (20) tal-Liġi Nru 662/1996, kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Nru 144/2001 tal-President tar-Repubblika, li jagħtu lil Poste Italiane SpA s-setgħa li b’mod unilaterali tistabbilixxi l-ammont tal-“kummissjoniˮ dovuta mill-konċessjonarju (l-aġent) tas-servizz ta’ ġbir tal-ICI u li hija applikata għal kull operazzjoni ta’ ġestjoni mwettqa fuq il-kont kurrenti postali stabbilit f’isem il-konċessjonarju, b’teħid kont tal-fatt li, permezz tad-deċiżjoni Nru 57/1996 tal-bord ta’ amministrazzjoni tagħha, Poste Italiane SpA stabbilixxiet l-imsemmija kummissjoni għal 100 lira għall-perijodu mill-1 ta’ April 1997 sal-31 ta’ Mejju 2001 u għal Eur 0.23 għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2001?

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE (ex Artikolu 86 tat-Trattat, li sussegwentement sar l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 82 TKE), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi tat-13 ta’ Diċembru 1991, GB-Inno-BM, C-18/88, EU:C:1991:474; tal-25 ta’ Ġunju 1998, Dusseldorp et, C-203/96, EU:C:1998:316, u tas-17 ta’ Mejju 2001, TNT Traco, C-340/99, EU:C:2001:281), jipprekludi sett ta’ dispożizzjonijiet bħal dak li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(18) sa (20) tal-Liġi Nru 662/1996, tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Nru 144/2001 tal-President tar-Repubblika u tal-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, sa fejn il-konċessjonarju (l-aġent) għandu l-obbligu li jħallas il-“kummissjoni”, kif ġiet stabbilita u/jew emendata b’mod unilaterali minn Poste Italiane Spa u sa fejn ma jistax ixolji l-kuntratt ta’ kont kurrenti postali mingħajr ma jikser l-obbligu previst fl-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, kif ukoll, konsegwentement, l-obbligu ta’ ġbir tal-ICI li għandu jħallas fir-rigward tal-awtorità lokali li timponi t-taxxi?

____________