Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi għall-irkupru ta’ somma mir-remunerazzjoni tar-rikorrenti, li preċedentement kienet membru tal-persunal temporanju taħt il-grad A4 (AD12) u sussegwentement uffiċjal taħt il-grad AD6, skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 li tipprovdi għall-irkupru ta’ somma ta’ EUR 172 236.42 skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal;

sussidjarjament, jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti bl-ammont ta’ EUR 172 236.42 jew, ulterjorment, l-ammonti indebitament imħallsa sal-jum fejn l-att irregolari waqaf iżda ma ġiex korrett jew, iktar ulterjorment, l-ammonti indebitament imħallsa sax-xahar ta’ Novembru 2010, data tal-korrezzjoni tal-fattur multiplikatur tiegħu biss;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.