Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2012 - ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-115/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent jiddikjara li sofra minħabba ittra mibgħuta mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-irkupru ta' kreditu ta' EUR 4875 relatati mal-ispejjeż li r-rikorrent kien ikkundannat iħallas mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża T-241/03.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla ċ-ċaħda, fi kwalunkwe forma, tat-talba tad-19 ta' Lulju 2011;

jannulla ċ-ċaħda, fi kwalunkwe forma, tal-ilment tad-19 ta' Frar 2012 imressaq kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tad-19 ta' Lulju 2011;

quatenus oportet, jannulla n-nota tat-12 ta' Ġunju 2012, miktuba bil-Franċiż, li fuq in-naħa ta' fuq tal-lemin tal-ewwel paġna mill-ħames paġni tagħha tinkludi r-referenza "Ref. Ares (2012) 704847 - 13/06/2012";

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 5500, flimkien mal-interessi ikkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta' 10 % fis-sena, b'kapitalizzazzjoni annwali, mill-20 ta' Lulju 2011 u sal-pagament effettiv ta' din tal-aħħar;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________