Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta' Lulju 2010 - Tomas vs Il-Parlament Ewropew
(Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08) 1 "Servizz pubbliku − Membri tal-persunal temporanju − Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg − Tkeċċija − Rabta' ta' fiduċja − Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament − Assenza"
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Stanislovas Tomas (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Michalauskas)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.
Dispożittiv
Ir-rikorsi F-116/07 u F-13/08 huma miċħuda.
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil Stanislovas Tomas is-somma ta' EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnu.
Il-kumplament tar-rikors F-31/08 huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mar-rikorsi kollha F-116/07, F-13/08 u F-31/08.
____________1 - ĠU C 64, 08.03.2008 p. 65; ĠU C 142, 07.06.2008, p. 39 u ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26