Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti kumpens lir-rikorrenti għad-dannu li kkawżatilhom, minħabba l-ipproċessar tardiv tat-talbiet tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-DGE tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 pjuttost milli dak tat-28 ta’ April 2004;

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikkjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjonijiet tal-15 u tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jitolbu lura d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħhom fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni tipprovdi kumpens lir-rikorrenti għad-dannu li kkawżatilhom, minħabba l-ipproċessar tardiv tat-talbiet tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-DGE tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 pjuttost milli dak tat-28 ta’ April 2004;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.