Language of document : ECLI:EU:F:2016:175

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tielet Awla)

20 ta’ Lulju 2016

Kawża F‑45/14

Kerim Esen

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Article 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali ta’ pensjoni – Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura”

Suġġett:      Rikors ippreżentat taħt l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu Kerim Esem jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 ta’ Settembru 2013, li permezz tagħha hija stabbiliet b’mod definittiv, taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Unjoni.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. Le recours est rejeté comme irrecevable. Kerim Esen għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz fid-dawl tat-trasferiment lill-iskema tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Esklużjoni – Deċiżjoni li tirrikonoxxi s-snin ta’ servizz adottata wara t-trasferiment tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba – Inklużjoni

(Artikolu 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1) u l-Anness VIII, Artikolu 11(2))

Fil-kuntest tal-proċedura ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni prevista fl-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, hija d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra, ladarba jitwettaq it-trasferiment tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni mill-persuna kkonċernata qabel id-dħul fil-kariga tiegħu fis-servizz tal-Unjoni, li tikkostitwixxi l-att li jikkawża preġudizzju li jista’ jkun suġġett għal rikors taħt l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Min-naħa l-oħra, proposta ta’ akkreditazzjoni ta’ drittijiet għall-pensjoni, anki li kieku kellha tiġi aċċettata mill-persuna kkonċernata, ma tikkostitwix att li jikkawża preġudizzju li jista’ jkun suġġett għal rikors taħt l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fil-fatt, l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz tista’ tiġi rrikonoxxuta biss meta l-uffiċjal jagħti l-kunsens tiegħu għall-iżvolġiment tal-proċedura ta’ trasferiment, lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba preċedentement mill-persuna kkonċernata mill-organu nazzjonali ta’ pensjoni kkonċernat, liema kunsens jintwera bil-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz magħmula mill-amministrazzjoni fuq il-bażi tal-ammont provviżorju f’kapital iddikjarat mill-imsemmi organu.

F’dan ir-rigward, fl-istadju tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz, l-istituzzjoni kkonċernata timpenja ruħha sempliċement li tapplika korrettament l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni għas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata. Dan l-obbligu għall-istituzzjoni jirriżulta direttament mid-dispożizzjonijiet inkwistjoni, anki fin-nuqqas ta’ impenn espliċitu tal-istituzzjoni.

B’hekk, dan ma jirriżultax minn tali impenn espress fi proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz u lanqas ma jirriżulta obbligu ġdid tal-istituzzjoni inkwistjoni u lanqas, konsegwentement, bidla fis-sitwazzjoni ġuridika tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari għaliex, anki meta l-persuna kkonċernata tagħti l-kunsens tagħha għat-trasferiment, lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, tad-drittijiet għall-pensjoni li jkun kiseb minn skema oħra, l-istituzzjoni responsabbli mill-proposta ma għandhiex l-obbligu korrispettiv, ladarba jseħħ it-trasferiment tal-ammont f’kapital iddikkjarat mill-organu nazzjonali għall-pensjoni, li tirrikonoxxi awtomatikament lill-persuna kkonċernata n-numru ta’ snin ta’ servizz indikati fil-proposta inizzjali li fiha l-persuna kkonċernata kkonfermat ir-rieda tagħha li tittrasferixxi l-imsemmi kapital lejn l-iskema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni.

(ara l-punti 22 sa 26)

Referenza:

Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: sentenzi tat-13 ta’ Ottubru 2015, Il‑Kummissjoni vs Verile u Gjergji, T‑104/14 P, EU:T:2015:776, punti 50, 52, 53 u 74;Il‑Kummissjoni vs Cocchi u Falcione, T‑103/13 P, EU:T:2015:777, punt 66, u Teughels vs Il‑Kummissjoni, T‑131/14 P, EU:T:2015:778, punti 37, 46, 48, 49, 58 u 70