Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Modena – L-Italja) – Azienda USL di Modena vs Comune di Sassuolo

(Kawża C-26/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Servizz sanitarju nazzjonali – Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-immobbli – Immobbli mogħti b’kiri lil kumpannija kummerċjali kkostitwita minn kapital imħallat li teżerċita attività sanitarja fil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-kura kkostitwiti esklużivament minn kapital privat)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Modena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda USL di Modena

Konvenut: Comune di Sassuolo

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Modena (Kummissjoni provinċjali fiskali ta’ Modena, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Ottubru 2018, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C 164, 13.5.2019.