Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-8 ta’ Mejju 2020 – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawża C-205/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NE

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

Parti oħra: Finanzpolizei Team 91

Domandi preliminari

Ir-rekwiżit ta’ sanzjonijiet proporzjonati, stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) 1 u interpretat fid-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, Hartberg-Fürstenfeld 2 u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld 3 jikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ direttiva applikabbli direttament?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Istati Membri b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni tippermetti u teżiġi li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri jikkompletaw il-każijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’din il-kawża permezz tal-kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-digrieti tad-19 ta’ Diċembru 2019, Hartberg-Fürstenfeld (C-645/18, ECLI:EU:C:2019:1108) u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C-140/19, C-141/19, C-492/19, C-493/19 u C-494/19, ECLI:EU:C:2019:1103), mingħajr ma jkunu ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda fid-dritt nazzjonali?

____________

1     ĠU 2014, L 159, p. 11.

2     C-645/18, ECLI:EU:C:2019:1108.

3     C-140/19, C-141/19, C-492/19, C-493/19 u C-494/19, ECLI:EU:C:2019:1103.