Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta' Jannar 2007 - Hinderyckx vs Il-Kunsill

(Kawża F-57/06)1

(Uffiċjali Pubbliċi - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Nuqqas ta' inklużjoni fil-lista' ta' uffiċjali promossi - Ksur ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti - Eżami komparattiv tal-merti - Rapporti ta' evalwazzjoni minn istituzzjonijiet differenti)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jacques Hinderyckx (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. Martin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u M. Bauer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad B*8 taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, talba għal danni

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu, terz ta' l-ispejjeż tas-Sur Hinderck.

Is-Sur Hindercyck għandu jbati żewġ terz ta' l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 178, 29.07.2006, p. 34.