Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2008 - Plasa vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-52/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Wolfgang Plasa (Algiers, l-Alġerija) (rappreżentant: G. Vandersanden, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa waħda, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2008 li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid għall-uffiċċju ta' Brussell mill-1 ta' Awwissu 2008, u min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta' kumpens għad-dannu materjali u morali subit minħabba din id-deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2008 li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid għall-uffiċċju ta' Brussell mill-1 ta' Awwissu 2008;

tordna l-ħlas ta' kumpens għad-dannu materjali u morali subit minħabba din id-deċiżjoni. Id-dannu materjali ġie stmat għal EUR 150 000 u d-dannu morali ġie stmat li hu ekwivalenti għal sena salarju, jiġifieri EUR 150 000, filwaqt li dawn iż-żewġ evalwazzjonijiet saru proviżorjament u salv definizzjoni ulterjuri;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________