Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ottubru 2010 - Geradon vs Il-Kunsill
(Kawża F-102/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Félix Geradon (Sint Pieters Leeuw, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tal-istqarrija ta' regolarizzazzjoni ta' remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta' remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta' Jannar 2010 fil-kuntest tal-adattament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra l-istqarrija ta' regolarizzazzjoni ta' remunerazzjoni għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u kontra l-istqarrijiet ta' remunerazzjoni tiegħu stabbiliti wara l-1 ta' Jannar 2010;
tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-istqarrijiet ta' regolarizzazzjoni ta' remunerazzjoni għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrijiet ta' remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta' Jannar 2010;
tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikkorenti l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
____________