Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 – Bouillez et vs Il-Kunsill

(Kawża F-11/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2010 – Rifjut ta’ promozzjoni – Eżami komparattiv tal-merti ta’ uffiċjali fil-grupp ta’ funzjonijiet AST skont il-mixja tal-karriera tagħhom – Obbligu għal istituzzjoni li tħalli mhux applikata dispożizzjoni ta’ implementazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ivvizzjata b’illegalità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vincent Bouillez et (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għal grad ogħla fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tar-rikorrenti.

____________

1 ĠU C 139, 07.05.2011, p. 30.