Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 - Mariën vs EEAS

(Kawża F-15/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peter Mariën (Elsene, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Theeuwes u F. Pons, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Afganistan li tordna lill-membri ta' din d-delegazzjoni jitilqu mil-lukandi tagħhom u jitrasferixxu ruħhom f'kumpless residenzjali tal-UE.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li tinsab fil-messaġġ tal-posta elettronika tal-11 ta' Jannar 2011, tar-Rappreżentant Speċjali u Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan li jordna lir-rikorrent biex fl-14 ta' Jannar 2011, jitrasferixxi għall-kumpless residenzjali f'Kabul, l-Afganistan;

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż kollha relatati mal-miżuri ta' residenza temporanja;

tikkundanna lil SEAE tindenizza fl-ammont ta' EUR 10,000 lir-rikorrent għall-istress psikoloġiku u għad-danni kkawżati lilu;

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.

____________