Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Awwissu 2018 – RD vs SC

(Kawża C-518/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Českých Budějovicích

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RD

Konvenut: SC

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba li fir-rigward tagħha ngħatat deċiżjoni wara l-produzzjoni ta’ provi tista’ titqies li ma hijiex ikkontestata f’sitwazzjoni fejn la l-konvenut, li jkun irrikonoxxa d-dejn qabel infetħu l-proċeduri, u la t-tutur ma jkunu pparteċipaw fil-proċeduri quddiem il-qorti u fejn it-tnejn li huma ma jkunux qajmu oġġezzjonijiet matul dawn il-proċeduri?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38.