Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Marzu 2011 - ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-26/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni sabiex ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-promossi għall-grad AD13 matul il-proċedura ta' promozzjoni 2010, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħti lir-rikorrent somma għall-kumpens għad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra sabiex ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-promossi għall-grad AD 13 matul il-proċedura ta' promozzjoni 2010, peress li din id-deċiżjoni tirriżulta mill-Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 80/10 tas-26 ta' April 2010 u mill-Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 81/10 tas-26 ta' Mejju 2010;

tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-promozzjoni tal-uffiċjali AD 12 li ġew promossi għall-grad AD 13 matul il-proċedura ta' promozzjoni 2010 (Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 80/10 tas-26 ta' April 2010 u Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 81/10 tas-26 ta' Mejju 2010);

tikkundanna lill-konvenut sabiex jagħti lir-rikorrent is-somma ta' EUR 150 000 bħala kumpens tad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________