Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2018 – AQ vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-662/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AQ

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva tad-19 ta’ Ottubru 2009 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tat-titoli rċevuti bi skambju u l-qligħ kapitali differit jiġu ntaxxati skont regoli ta’ bażi taxxabbli u ta’ rati differenti?

Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom, b’mod partikolari, jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni fejn it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli intiż sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu li matulu nżammu t-titoli ma japplikax għall-qligħ kapitali differit, fid-dawl tal-fatt li din ir-regola ta’ bażi taxxabbli ma kinitx tapplika fid-data li fiha sar il-qligħ kapitali, iżda japplika għall-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tat-titoli rċevuti bi skambju, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-iskambju u mhux tad-data li fiha t-titoli mogħtija bi skambju ġew akkwistati?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, p. 34).