Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs ORECE

(Kawża F-35/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi applikata klawżola medika ta’ riżerva fir-rigward tar-rikorrent wara l-eżami mediku ta’ qabel ir-reklutaġġ sa minn meta beda fis-servizz u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent li sar kontra d-deċiżjoni li tiġi applikata fir-rigward tiegħu klawżola ta’ riżerva medika sa minn meta daħal fis-servizz;

safejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni li tiġi applikata fir-rigward tar-rikorrent klawżola ta’ riżerva medika sa minn meta daħal fis-servizz;

jikkundanna lill-ORECE għall-ispejjeż.