Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 minn Neoperl AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-669/18 – Neoperl AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-14/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Neoperl AG (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u G. Schultz, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-23 ta’ April 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ma aċċettatx l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________