Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodriguez, A. Blot and C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni, li ttemm il-kuntratt ta' xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni, li ttemm il-kuntratt ta' xogħol għal żmien indeterminat tiegħu u, sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________