Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012 – Bermejo Garde vs KESE
(Kawża F-41/10) 1
(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Dritt għal żvelar – Assenjazzjoni mill-ġdid – Interess tas-servizz)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Echevarría Viñuela, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għal annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jtemmu l-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta’ Diviżjoni tas-Servizz Legali b’effett immedjat, u li jiġi assenjat mill-ġdid għad-Direttorat tal-Loġistika u li jirrifjutaw it-talba formali tiegħu għal assistenza kif ukoll it-talba għad-danni.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha.
____________1 ĠU C 209, 31.07.2010, p. 55.