Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 – Wurster vs EIGE

(Kawżi magħquda F-20/12 u F-43/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-EIGE – Membru tal-persunal temporanju – Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet maniġerjali tal-membri tal-persunal tal-EIGE li għadhom kif ġew assenjati f’pożizzjoni maniġerjali intermedjarja – Assenzjazzjoni mill-ġdid f’pożizzjoni mhux maniġerjali – Dritt għal smigħ – Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi – Konstatazzjoni ex officio – Sostituzzjoni tal-motivi li saret ex officio mill-qorti)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbara Wurster (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u S. Woog, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Greco, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti mill-pożizzjoni ta’ kap tal-operazzjonijiet għal pożizzjoni ta’ kap ta’ tim li ma teħtieġx kompetenzi maniġerjali. Min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttriċi tal-EIGE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb l-allowance maniġerjali għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2011.DispożittivId-deċiżjoni tad-Direttriċi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tat-8 ta’ Settembru 2011, li tassenja lil Barbara Wurst mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ tim taċ-Ċentru tar-Riżorsi u ta’ Dokumentazzjoni, hija annullata.Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Barbara Wurster.