Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Settembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra DK

(Kawża C-653/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

DK

Domanda preliminari

Liġi nazzjonali li tipprevedi li, fil-fażi ġudizzjarja tal-proċedura kriminali, bidla fiċ-ċirkustanzi hija kundizzjoni meħtieġa sabiex tintlaqa’ t-talba tad-difiża għall-annullament taż-żamma taħt arrest tal-akkużat, hija konformi mal-Artikolu 6 u mal-premessa 22 tad-Direttiva 2016/343 1 u mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

____________

1     Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).